L-istudenti ta’ livell 8 kellhom l-opportunità li jipparteċipaw f’attività speċjali mal-Ambaxxaturi tal-Qari, fejn kellhom diskussjoni dwar l-importanza tal-qari fil-ħajja ta’ kuljum. Matul din l-attività, il-kelliema qasmu l-esperjenzi personali tagħhom dwar kif il-qari influwenzahom f’diversi aspetti tal-ħajja, fosthom l-edukazzjoni, il-karriera u l-iżvilupp personali.