L-għalliema tal-Malti ġewwa St Martin’s College, is-Sa Ylenia Cassar, flimkien ma’ Prof. Antoinette Camilleri Grima, għadha kif ippubblikat ktieb bit-titlu It-Tagħlim tal-Istorja tal-Lingwa Maltija.
F’dan il-ktieb insibu informazzjoni dwar l-istorja tal-ilsien Malti u kif ukoll taħriġ interattiv dwar dan is-suġġett.
Nifirħu minn qalbna lis-Sa Ylenia Cassar għal dan is-suċċess sabiħ u nawgurawlha aktar kisbiet fil-ħidma tagħha favur il-lingwa Maltija!